Aħbarijiet

Jitlesta l-qafas legali li se jwassal għal-liċenzjar tal-kuntratturi
Il-Ministru għax-Xogħlijiet pubbliċi u l-Ippjanar Stefan Zrinzo Azzopardi ħabbar li tlesta l-qafas legali għas-sistema tal-liċenzji tal-kuntratturi. Issa se jintbagħat l-Avviż legali għall-iskrutinju tal-Kummissjoni Ewropea biex imbagħad ikunu jistgħu jinfetħu l-applikazzjonijiet għall-kuntratturi fl-oqsma tat-twaqqigħ, skavar u kostruzzjoni.

Spezzjonijiet ta’ infurzar tul is-sena 2023
Matul is-sena li għaddiet, l-2023, l-uffiċjali tal-infurzar fi ħdan l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni wettqu 10,457 spezzjoni fuq siti ta’ kostruzzjoni. Ammont minn dawn l-ispezzjonijiet kienu spezzjonijiet każwali, u ċoè mhux ippjanati, filwaqt li l-bqija tar-rapporti kienu kawża ta’ rapporti mill-pubbliku.

Xogħlijiet ta’ Twaqqigħ u Skavar se Jieqfu għas-Sajf f’Żoni Turistiċi
Ix-xogħlijiet ta’ twaqqigħ u skavar se jkunu pprojbiti minn żoni turistiċi bejn il-15 ta’ Ġunju u t-30 ta’ Settembru 2023. Din l-inizjattiva li qed tiġi kkoordinata bejn l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) u l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu (MTA) tieħu inkonsiderazzjoni l-inkonvenjent li s-siti ta’ kostruzzjoni għandhom fuq il-viċinat tal-madwar.

Stedina għal Laqgħa ta’ Konsultazzjoni Pubblika f’Għawdex dwar ir-Regolamenti tal-Liċenzjar tal-Industrija tal-Kostruzzjoni
L-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni qed tiżviluppa regolamenti ġodda għal-liċenzjar ta’ kuntratturi. L-Awtorità issa qed tistieden veduti mill-kuntratturi u stakeholders oħra fl-industrija tal-kostruzzjoni dwar ir-regolamenti abbozzati.
