Aħbarijiet

Ħatra ta’ Aġent Kap Eżekuttiv għall-Awtorità tal-Bini u Kostruzzjoni
Il-Bord tal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni ltaqa’ għall-ewwel darba wara li reġa’ nħatar u ħatar lill-Perit Roderick Bonnici bħala l-Aġent Kap Eżekuttiv ġdid tal-Awtorità.

Il-Bord tal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni ġie rikostitwit
Il-Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni ħabbar rikompożizzjoni fil-Bord tal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni.

Sejħa ta’ interess għall-Avukati u l-Periti biex jgħinu lil terzi persuni milquta mill-kostruzzjoni
L-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) qed tilqa’ applikazzjonijiet minn avukati bil-warrant u Periti biex jgħinu terzi persuni (definiti f’Kapitlu 23 tal-Liġijiet ta’ Malta) milquta minn żviluppi ta’ kostruzzjoni fil-qrib.

Dikjarazzjoni tal-Kopertura tal-Assigurazzjoni
B’referenza għall-pubblikazzjoni tal-Avviż legali 38/2024 fuq il-Gazzetta tal-Gvern 21,198 fis-27 ta’ Frar, 2024, l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) tixtieq tgħarraf illi l-mudell għad-dikjarazzjoni tal-kopertura tal-assigurazzjoni issa jinsab biex jitniżżel mis-sit elettroniku tal-BCA.
