Liċenzja tal-Kuntrattur
Biex tapplika għall-ewwel fażi tal-liċenzja tal-kuntrattur, uża din l-applikazzjoni onlajn billi ssegwi l-erba’ passi t’hawn taħt. Ipprepara d-dokumenti t’hawn taħt qabel ma tibda:
Individwali
- Kopja ta Ċertifikat tal-VAT
- Kopja tal-Karta tal-Identità miz-żewġ naħat jew Passaport
- Ċertifikat tal-Kondotta tal-Pulizija ma jkunx aktar minn 2 xhur mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni li jkopri l-aħħar 2 snin
Kumpanija
- Ċertifikat validu tal- VAT
- Kopja tal-Karta tal-Identità (miz zewg nahat) ta’ kull direttur u tal-amministratur.
- Prova li l-amministratur hu maghzul mill-kumpanija – Riżoluzzjoni tal-Bord. Ċertifikat tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpanija.
- Dokument li juri l-pożizzjoni tal-Amministratur fil-Kumpanija
- Liċenzja valida tal-Bennej-Ghall-(Applikazzjoni ta’ Liċenzja tal-Kostruzzjoni) tal-amministratur jew impjegat full-time (konferma minn Jobs Plus tal-impjieg)
- Ċertifikat tal-Kondotta mill-Pulizija ta’ kull direttur u amministratur, ma jkunx aktar minn 2 xhur mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni li jkopri l-aħħar 2 snin.
