Aħbarijiet

Riforma fil-Liċenzjar tal-Bennejja
Riforma fil-liċenzjar tal-bennejja b’regolamenti ġodda u t-twaqqif ta’ kumitat ġdid.

Tnediet il-helpline 138, li tipprovdi sistema ta’ 24/7 ċentralizzata għall-inkjesti kollha relatati mal-kostruzzjoni, is-saħħa u s-sikurezza
Il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni, Jonathan Attard nieda helpline ġdid li jservi bħala punt ta’ referenza 24/7 għall-materji kollha relatati mal-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) u l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA).

Ċertifikati ta’ Tlestija Finali
L-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni tixtieq tinforma li mill-1 t’Awwissu 2024, iċ- Ċertifikati ta’ Tlestija Finali kollha sottomessi mill-Perit inkarigat iridu jkunu akkumpanjati minn evidenza fotografika li turi li x-xogħlijiet strutturali kollha huma lesti u l-bini huwa ssiġillat kontra d-dħul tal-ilma.

Projbit ix-Xogħol ta’ Twaqqigħ u Skavar f’Żoni Turistiċi tas-Sajf
Ix-xogħlijiet ta’ twaqqigħ u skavar se jkunu pprojbiti minn żoni turistiċi magħżula bejn il-15 ta’ Ġunju u t-30 ta’ Settembru 2024.
