Aħbarijiet

Tnedija ta’ konsultazzjoni pubblika dwar ir-Regolamenti proposti għal-Liċenzjar ta’ Kuntratturi li jaħdmu fit-twaqqigħ, l-iskavar u l-kostruzzjoni
Il-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar permezz tal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni nieda proċess ta’ konsultazzjoni pubblika dwar abbozz ta’ Avviż Legali li se joffri qafas għal-Liċenzjar tal-Kuntratturi.

Pubblikazzjoni ta’ Ċirkolari fir-rigward tar-Regolamenti dwar is-sit tal-Immaniġġar tal-Kostruzzjoni S.L. 623.08
L-Awtorità dwar il-bini u kostruzzjoni ħarġet ċirkolari flimkien mal-Awtorità tal-Ippjanar (PA) u l-Awtorità dwar l-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) fir-rigward tar-Regolamenti dwar il-Construction Management Site S.L. 623.08.

Pubblikazzjoni ta’ Avviż legali dwar ir-Regolamenti dwar il-Construction Management Site u l-Istandardizzazzjoni tad-dimensjonijiet tal-aperturi Interni u Esterni
Ir-Regolamenti dwar il-Construction Management Site ġew ippubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern tal-Ġimgħa 16 ta’ Diċembru, 2022. Dan l-Avviż Legali fost affarijiet oħra jassenja lill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni, il-BCA, ir-responsabbiltà rigward l-immaniġġjar ta’ siti ta’ kostruzzjoni. Hija tintroduċi regolamenti ġodda rigward il-protezzjoni ta’ partijiet terzi fir-rigward ta’ proġetti li qed isiru, u tagħti bidu għal standard ġdid rigward id-dimensjonijiet tal-aperturi ta’ abitazzjonijiet residenzjali ġodda.

Estensjoni tal-kors ta’ assessuri tal-EPRDM għall-abitazzjonijiet
Minħabba rispons sodisfaċenti fl-applikazzjonijiet għall-kors tal-assessur tad-dar, l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni qed testendi l-iskadenza tagħha sal-aħħar ta’ Diċembru 2022.
