Spezzjonijiet ta’ infurzar tul is-sena 2023

Enforcement Results in 2023

Matul is-sena li għaddiet, l-2023, l-uffiċjali tal-infurzar fi ħdan l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni wettqu 10,457 spezzjoni fuq siti ta’ kostruzzjoni. Ammont minn dawn l-ispezzjonijiet kienu spezzjonijiet każwali, u ċoè mhux ippjanati, filwaqt li l-bqija tar-rapporti kienu kawża ta’ rapporti mill-pubbliku.

Min-numru totali ta’ spezzjonijiet li saru, il-BCA ħarġet 332 avviż ta’ Stop Works u 667 multi relatati ma’ ksur ta’ regolamentazzjonijiet tal-kostruzzjoni.

It-tim tal-infurzar tal-Awtorità hu maqsum fi tliet reġjuni, Reġjun A, B u Ċ, li fihom kull reġjun jinkorpora diversi spetturi.

L-akbar numru ta’ spezzjonijiet saru f’Reġjun A, minħabba ż-żieda fis-siti ta’ kostruzzjoni f’dan ir-reġjun. Fil-fatt dan ir-reġjun jinkorpora fih il-lokalitajiet ta’ Ta’ Sliema u San Ġiljan li huma lokalitajiet magħrufa f’pajjiżna għaż-żieda fin-numru ta’ siti ta’ kostruzzjoni, matul l-aħħar snin.

Fid-dawl ta’ dawn ir-riżultati fl-2023, il-BCA hija impenjata li matul din is-sena, l-2024, iżid in-numru ta’ spezzjonijiet biex tissalvagwardja l-interessi tat-terzi persuni filwaqt li tiżdied il-kwalità fil-metodoloġija tal-kostruzzjoni f’Malta.