Aħbarijiet

Servizz ġdid għall-Periti
L-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) bi pjaċir tħabbar l-introduzzjoni ta’ servizz ġdid imfassal biex itejjeb il-komunikazzjoni u l-appoġġ għall-Periti rigward il-proġetti tagħhom. Mill-Ġimgħa 4 ta’ April 2025, il-Periti se jkollhom l-opportunità li jiskedaw laqgħat wiċċ imb’ wiċċ mal-Uffiċjali tal-Permessi biex jiddiskutu kull tħassib relatat ma’ files speċifiċi.

L-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni tħabbar it-tneħħija tal-paġna tat-Tribunal minn fuq il-websajt
L-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni tħabbar it-tneħħija tal-paġna tat-Tribunal minn fuq il-websajt. Din id-deċiżjoni taqbel mal-fatt li t-Tribunal tal-Bini u l-Kostruzzjoni jopera b’mod indipendenti mill-BCA.

Il-Perit Roderick Bonnici jinħatar Kap Eżekuttiv tal-BCA
Il-Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni ħabbar li l-bord tal-Awtorità dwar il-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) ħatar lill-Perit Roderick Bonnici bħala Kap Eżekuttiv ġdid tal-Awtorità b’effett immedjat.

Ftehim dwar kodiċi tal-bini u l-kostruzzjoni li jġib flimkien l-imsieħba ewlenin fis-settur
Il-Ministru Attard iħabbar ftehim li jgħaqqad sħab ewlenin fil-kostruzzjoni biex jimplimentaw il-kodiċijiet nazzjonali tal-bini u l-kostruzzjoni, billi jipprijoritizzaw is-sikurezza, l-istruttura u l-prevenzjoni tan-nirien.
