Aħbarijiet
Liċenzjar ta’ Kuntratturi – Dokumentazzjoni Meħtieġa
L-informazzjoni li ġejja tipprovdi d-dokumentazzjoni meħtieġa għad-diversi attivitajiet ta’ kostruzzjoni kemm għal individwu kif ukoll għal entità li tapplika għal Liċenzja tal-Kuntratturi.

Jibdew sessjonijiet obbligatorji bi tħejjija għall-eżami tal-liċenzja tal-Bennejja
Nhar it-Tlieta 22 ta’ Ottubru bdew sessjonijiet obbligatorji għall-applikanti kollha li ssottomettew id-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex ikunu jistgħu jagħmlu l-eżami tal-liċenzja tal-Bennejja.

Saru żewġ laqgħat informattivi għall-applikanti ġodda tal-liċenzja tal-bennejja
Nhar it-Tlieta, 15 ta’ Ottubru, saru l-ewwel laqgħat informattivi għall-applikanti ġodda li qed ifittxu l-liċenzja ta’ bennej.
Applikazzjonijiet ġodda għal liċenzja tal-Bennejja wara l-21 ta’ Novembru 2024
L-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) flimkien mal-Kumitat tal-liċenzji tal-Bennejja, mhux ser ikunu qed jaċċettaw applikazzjonijiet ġodda għal-liċenzja tal-Bennejja, sakemm isiru l-eżamijiet tal-applikanti attwali. Applikazzjonijiet ġodda jerġgħu jintlaqgħu wara l-21 ta’ Novembru 2024.
