Pubblikazzjoni ta’ Ċirkolari fir-rigward tar-Regolamenti dwar is-sit tal-Immaniġġar tal-Kostruzzjoni S.L. 623.08

Image News Publication

Ippubblikat fid-29/12/2022

L-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni ħarġet ċirkolari flimkien mal-Awtorità tal-Ippjanar (PA) u l-Awtorità dwar l-Ambjent u r-riżorsi (ERA) fir-rigward tar-Regolamenti dwar il-Construction Management Site S.L. 623.08. Din il-leġiżlazzjoni sussidjarja daħlet fis-seħħ fis-16 ta’ Diċembru 2022 u tinsab fuq is-sit elettroniku tagħna taħt l-intestatura Regolamenti. L-għan ta’ din iċ-ċirkolari huwa li tgħarraf lill-periti bil-linji gwida l-ġodda li se jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2023. Iċ-ċirkolari intitolata Ċirkolari b’rabta mal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 623.08 tinsab fuq is-sit elettroniku tagħna taħt l-intestatura Dokumenti ta’ Gwida.