Il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard nieda servizz ġdid offrut mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni, mingħajr ħlas, bil-għan li jgħin lil dawk milquta mill-kostruzzjoni.
Il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni, Jonathan Attard nieda helpline ġdid li jservi bħala punt ta’ referenza 24/7 għall-materji kollha relatati mal-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) u l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA).
L-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni tixtieq tinforma li mill-1 t’Awwissu 2024, iċ- Ċertifikati ta’ Tlestija Finali kollha sottomessi mill-Perit inkarigat iridu jkunu akkumpanjati minn evidenza fotografika li turi li x-xogħlijiet strutturali kollha huma lesti u l-bini huwa ssiġillat kontra d-dħul tal-ilma.
Il-Bord tal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni ltaqa’ għall-ewwel darba wara li reġa’ nħatar u ħatar lill-Perit Roderick Bonnici bħala l-Aġent Kap Eżekuttiv ġdid tal-Awtorità.