Spezzjonijiet mill-BCA fis-sena 2024

Enforcement Results 2024

Matul is-sena li għaddiet, l-2024, l-Uffiċjali tal-infurzar fi ħdan l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni wettqu 12,759 spezzjoni fuq siti ta’ kostruzzjoni. Dan jirriżulta f’żieda ta’ madwar 2,000 spezzjoni mis-sena ta’ qabel. Ammont minn dawn l-ispezzjonijiet kienu spezzjonijiet każwali u għal għarrieda, filwaqt li l-bqija kienu spezzjonijiet kawża ta’ rapport mill-pubbliku.

Mit-total ta’ spezzjonijiet li saru, il-BCA ħarġet 240 notifika ta’ Stop Works, u 670 multi relatati ma’ ksur ta’ regolamentazzjonijiet tal-kostruzzjoni.

It-tim tal-infurzar tal-Awtorità hu maqsum fi tliet reġjuni; Reġjun A, B u Ċ, li fihom kull reġjun jinkorpora diversi spetturi.

L-akbar numru ta’ spezzjonijiet saru f’Reġjun A, minħabba ż-żieda fis-siti ta’ kostruzzjoni f’dan ir-reġjun. Filfatt dan ir-reġjun jinkorpora fih il-lokalitajiet ta’ Ta’ Sliema u San Ġiljan, li huma lokalitajiet magħrufa f’pajjiżna għaż-żieda fin-numru ta’ siti ta’ kostruzzjoni, matul l-aħħar snin.

Fid-dawl ta’ dawn ir-riżultati fl-2024, l-Awtorità hija impenjata li matul din is-sena, l-2025, iżżid in-numru ta’ spezzjonijiet biex tissalvagwardja l-interessi tat-terzi persuni filwaqt li tiżdied il-kwalità fil-metodoloġija tal-kostruzzjoni f’pajjiżna.