Stedina għat-Tieni Laqgħa ta’ Konsultazzjoni Pubblika dwar ir-Regolamenti dwar il-Liċenzjar tal-Industrija tal-Kostruzzjoni

Public Consultation on Licensing of Contractors

L-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni qed tiżviluppa regolamenti ġodda għal-liċenzjar ta’ kuntratturi. L-Awtorità issa qed tistieden veduti mill-kuntratturi u stakeholders oħra fl-industrija tal-kostruzzjoni dwar ir-regolamenti abbozzati. Wieħed jista’ jara dawn ir-regolamenti fuq Liċenzjar tal-Kuntratturi.

Biex isir progress fl-iżvilupp ta’ dawn ir-regolamenti u biex jinstemgħu l-fehmiet tan-nies, l-Awtoritá qed torganizza laqgħa ta’ konsultazzjoni fl-4 ta’ April fis-6pm fil-Kulleġġ San Benedittu, Skola Sekondarja, Ħal Kirkop.

Jekk ma tistax tiġi għal-laqgħa ta’ konsultazzjoni, iżda tixtieq tikkummenta dwar ir-regolamenti, jekk jogħġbok ibgħat email fuq [email protected].

Is-sottomissjonijiet iridu jintbagħtu sal-Ġimgħa 21 ta’ April 2023.