Stedina għal Laqgħa ta’ Konsultazzjoni Pubblika dwar ir-Regolamenti dwar il-Liċenzjar tal-Industrija tal-Kostruzzjoni

Information Meeting for Contractors

L-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni qed tiżviluppa regolamenti ġodda għal-liċenzjar ta’ kuntratturi. L-Awtorità issa qed tistieden veduti mill-kuntratturi u stakeholders oħra fl-industrija tal-kostruzzjoni dwar ir-regolamenti abbozzati. Wieħed jista’ jara dawn ir-regolamenti dwar Liċenzjar ta’ Kuntratturi.

Biex isir progress fl-iżvilupp ta’ dawn ir-regolamenti u biex jinstemgħu l-fehmiet tan-nies, l-Awtorità qed torganizza laqgħa ta’ konsultazzjoni fit-28 ta’ Marzu fis-6pm fl-Iskola Sekondarja Marija Reġina, Ta’ Zokrija, Mosta.

Jekk ma tistax tiġi għal-laqgħa ta’ konsultazzjoni, iżda tixtieq tikkummenta dwar ir-regolamenti, jekk jogħġbok ibgħat email fuq [email protected].