Dettalji tal-Konsultazzjoni: Standardizzazzjoni tal-Aperturi għall-Bini Residenzjali f’Malta

Dettalji tal-Konsultazzjoni

Ippubblikat: 14 ta’ Novembru 2022
Data tal-għeluq: 28 ta’ Novembru 2022

Sfond

Permezz tal-Programm ta’ reżiljenza u rkupru, Malta daħlet għall-obbligu li timplimenta miżura (MT-C[C1]-R[R2]) li taħseb għall-adozzjoni ta’ standards għall-industrija tal-kostruzzjoni.

L-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni qed tipproponi dawn l-istandards għall-industrija tal-kostruzzjoni:

  • Id-dimensjonijiet tal-aperturi interni u esterni tad-djar residenzjali bl-għan li jinkoraġġixxu l-użu mill-ġdid tal-fittings kif ukoll inaqqsu d-diversifikazzjoni li ġġib magħha ekonomiji ta’ skala.

Dawn l-istandards għandhom jiġu inkorporati fil-qafas regolatorju.

Sottomissjoni tal-input

L-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni tistieden lill-pubbliku u lil dawk interessati biex jibagħtu l-kummenti u l-feedback tagħhom relatati mad-dokument tekniku dwar l-iStandardizzazzjoni tal-Aperturi għall-Bini Residenzjali f’Malta. Ir-Rappreżentazzjonijiet għandhom jintbagħtu permezz ta’ imejl fuq: [email protected]. Is-sottomissjonijiet iridu jintbagħtu lill-Awtorità mhux aktar tard mit-28 ta’ Novembru 2022. Grazzi tal-input tiegħek.