Sejħa ta’ interess għall-Avukati u l-Periti biex jgħinu lil terzi persuni milquta mill-kostruzzjoni

Clip art of three people working, and a tower crane and a building in the background

L-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) qed tilqa’ applikazzjonijiet minn avukati bil-warrant u Periti biex jgħinu terzi persuni (definiti f’Kapitlu 23 tal-Liġijiet ta’ Malta) milquta minn żviluppi ta’ kostruzzjoni fil-qrib.

Minn fost l-applikazzjonijiet sottomessi, il-BCA se tkun qed tevalwa u tagħżel Avukati u Periti li huma affidabbli, kapaċi jaħdmu f’tim, motivati, u b’viżjoni ’l quddiem sabiex jiffurmaw panel li joffri dan is-servizz ġdid.

Dan is-servizz ġdid huwa riżultat tal-inizjattivi li tħabbru mill-Gvern wara l-Pubblikazzjoni tal-Inkjesta Pubblika ta’ Sofija. L-għan ewlieni ta’ din l-inizjattiva huwa li partijiet terzi jkollhom rappreżentanza solida, mingħajr spejjeż, meta jiddefendu d-drittijiet tagħhom fil-proċess tal-kostruzzjoni.

Aċċessa s-sejħa għall-applikazzjonijiet li se tingħalaq fid-29 ta’ Marzu 2024.