L-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) tilqa’ l-ħatra tas-Sur Saviour Camilleri bħala ċ-Chairperson il-ġdid tal-Bord tal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni.
Is-Sur Camilleri għandu esperjenza vasta kemm teknikament kif ukoll fuq livell maniġerjali fil-qasam tal-kostruzzjoni u l-amministrazzjoni pubblika. Ħadem kemm fis-settur privat kif ukoll f’entitajiet pubbliċi.
