Il-Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni ħabbar rikompożizzjoni fil-Bord tal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni. Il-Ministru Jonathan Attard irringrazzja liċ-Chairperson u lill-kumplament tal-membri tal-bord tal-Awtorità tal-Bini u Kostruzzjoni għax-xogħol li wettqu fl-aħħar snin u estenda l-isbaħ xewqat tiegħu lill-membri tal-bord li deħlin. “B’dawn il-ħatriet ġodda rajna li nkomplu nsaħħu dan il-bord b’ħiliet, perspettivi u esperjenzi ġodda, b’tali mod li nkomplu nwettqu dan il-proċess riformattiv fil-qasam tal-kostruzzjoni. Konxji li hemm ħafna xi jsir f’dan is-settur, madankollu, determinati aktar minn qatt qabel li nkomplu nieħdu d-deċiżjonijiet xierqa biex mhux biss inwettqu l-impenji tagħna fil-manifest elettorali u r-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta pubblika, iżda li mmorru pass aktar ’il quddiem biex ngħollu l-istandards fis-settur.”
Il-Bord tal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni ġie rikostitwit
