Formola tal-Applikazzjoni tal-Liċenzja tal-Kuntrattur

Gov Gazette Licensing

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni jgħarraf lil dawk interessati li l-proċess tal-applikazzjoni tal-liċenzja tal-kuntratturi se jkun miftuħ mill-24 ta’ Lulju sal-31 ta’ Ottubru. L-applikazzjonijiet jistgħu jintbagħtu biss online fuq www.bca.org.mt. Il-liċenzja meħtieġa għas-servizzi ta’ attivitajiet fi: a. Twaqqigħ; b. Skavar u piling u ċ. Servizzi ta’ kostruzzjoni. Id-dokumenti meħtieġa għal din l-ewwel fażi tal-applikazzjoni huma:

Individwali

  • Kopja tal-karta tal-identità jew tal-passaport.
  • Ċertifikat tal-kondotta maħruġ fl-aħħar xahrejn.
  • Jekk l-applikant ma jkunx persuna li tkun residenti abitwali f’Malta, irid jiġi pprovdut dokument ekwivalenti maħruġ minn awtorità ġudizzjarja kompetenti jew awtorità amministrattiva tal-pajjiż fejn l-applikant ikun residenti abitwali.
  • Dikjarazzjoni ffirmata mill-individwu li turi li mhuwiex fallut (ipprovduta fuq l-applikazzjoni online).

Kumpanija

Kopja tal-karta tal-identità jew passaport tal-amministratur.

  • Ċertifikat tal-kondotta tal-amministratur maħruġ fl-aħħar xahrejn. Jekk l-amministratur ma jkunx persuna li tkun residenti abitwali f’Malta, irid jiġi pprovdut dokument ekwivalenti maħruġ minn awtorità ġudizzjarja kompetenti jew awtorità amministrattiva tal-pajjiż fejn l-amministratur ikun residenti abitwali.
  • Dikjarazzjoni ffirmata mill-amministratur li turi li l-kumpanija mhijiex falluta (ipprovduta fuq l-applikazzjoni online).
  • Ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tal-kumpanija.
  • Dokument biex tiġi ppruvata l-pożizzjoni tal-amministraturi fi ħdan il-kumpanija.
  • Ir-riżoluzzjoni tal-bord tad-diretturi li tawtorizza lill-amministratur biex jirrappreżenta lill-kumpanija.

Għal kull servizz, hija applikabbli tariffa amministrattiva ta’ EUR 100. Għal aktar informazzjoni, il-partijiet interessati jistgħu jċemplu fuq 80049000 jew email fuq [email protected].