Stedina għal Laqgħa ta’ Konsultazzjoni Pubblika f’Għawdex dwar ir-Regolamenti tal-Liċenzjar tal-Industrija tal-Kostruzzjoni

Demolition Work Banner

L-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni qed tiżviluppa regolamenti ġodda għal-liċenzjar ta’ kuntratturi. L-Awtorità issa qed tistieden veduti mill-kuntratturi u stakeholders oħra fl-industrija tal-kostruzzjoni dwar ir-regolamenti abbozzati. Wieħed jista’ jara dawn ir-regolamenti fuq Liċenzjar tal-Kuntratturi.

Biex isir progress fl-iżvilupp ta’ dawn ir-regolamenti u biex jinstemgħu l-fehmiet tan-nies, l-Awtoritá qed torganizza laqgħa ta’ konsultazzjoni fis-17 ta’ April fis-6pm fil-Gozo Innovation Hub, ix-Xewkija, Għawdex.

Jekk ma tistax tiġi għal-laqgħa ta’ konsultazzjoni, iżda tixtieq tikkummenta dwar ir-regolamenti, jekk jogħġbok ibgħat email fuq [email protected].

Is-sottomissjonijiet iridu jintbagħtu sal-Ġimgħa 21 ta’ April 2023.