Bidliet fil-Mudelli tad-Dikjarazzjoni tal-Metodu

News Item 2

L-għan ta’ din in-notifika huwa li tinfurmak bit-tibdil li sar fit-tliet Formoli ta’ Xogħlijiet ta’ twaqqigħ, skavar u bini tad-Dikjarazzjoni tal-Metodi. Il-formoli l-ġodda huma konformi ma’ Skeda 4, 5 u 6 tal-leġislazzjoni sussidjarja 623.06 u għandhom jiggwidaw u jiffaċilitaw ix-xogħol tal-periti meta jissottomettu l-informazzjoni kollha meħtieġa. Dan se jirriżulta fi proċessar aktar mgħaġġel tal-istqarrijiet mir-reviżuri tal-Awtorità.

Għaldaqstant, l-Awtorità tħeġġiġkom biex tarmu l-mudelli l-antiki u tibdew tużaw il-mudelli tad-dikjarazzjoni tal-metodi l-ġodda li jinsabu fuq il-website tal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni fuq il-‘Formoli tal-Applikazzjoni’.