L-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni tħabbar it-tneħħija tal-paġna tat-Tribunal minn fuq il-websajt

Building and Construction Authority Announces Removal of Tribunal Webpage

L-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni tħabbar it-tneħħija tal-paġna tat-Tribunal minn fuq il-websajt. Din id-deċiżjoni taqbel mal-fatt li t-Tribunal tal-Bini u l-Kostruzzjoni jopera b’mod indipendenti mill-BCA.

Minn issa ’l quddiem, kwalunkwe deċiżjoni, dettalji ta’ kuntatt, jew aktar informazzjoni rigward it-Tribunal tal-Bini u l-Kostruzzjoni tista’ tinstab fuq il-websajt uffiċjali tiegħu li għadha kemm ġiet imnedija, bct.gov.mt.

Għal kwalunkwe inkjesta relatata mat-Tribunal, il-partijiet interessati huma mħeġġa jżuru l-websajt il-ġdida direttament.