Liċenzja tal-Kuntrattur

Biex tapplika għall-ewwel fażi tal-liċenzja tal-kuntrattur, uża din l-applikazzjoni onlajn billi ssegwi l-erba’ passi t’hawn taħt. Ipprepara d-dokumenti t’hawn taħt qabel ma tibda:

Individwali 

  • Kopja ta Ċertifikat tal-VAT
  • Kopja tal-Karta tal-Identità miz-żewġ naħat jew Passaport
  • Ċertifikat tal-Kondotta tal-Pulizija ma jkunx aktar minn 2 xhur mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni li jkopri l-aħħar 2 snin

Kumpanija

  • Ċertifikat validu tal- VAT
  • Kopja tal-Karta tal-Identità (miz zewg nahat) ta’ kull direttur u tal-amministratur.
  • Prova li l-amministratur hu maghzul mill-kumpanija – Riżoluzzjoni tal-Bord. Ċertifikat tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpanija.
  • Dokument li juri l-pożizzjoni tal-Amministratur fil-Kumpanija
  • Liċenzja valida tal-Bennej-Ghall-(Applikazzjoni ta’ Liċenzja tal-Kostruzzjoni) tal-amministratur jew impjegat full-time (konferma minn Jobs Plus tal-impjieg)
  • Ċertifikat tal-Kondotta mill-Pulizija ta’ kull direttur u amministratur, ma jkunx aktar minn 2 xhur mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni li jkopri l-aħħar 2 snin.