Dikjarazzjoni tal-Kopertura tal-Assigurazzjoni

image with the word insurance on a block, placed on other blocks

B’referenza għall-pubblikazzjoni tal-Avviż legali 38/2024 fuq il-Gazzetta tal-Gvern 21,198 fis-27 ta’ Frar, 2024, l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) tixtieq tgħarraf illi l-mudell għad-dikjarazzjoni tal-kopertura tal-assigurazzjoni issa jinsab biex jitniżżel mis-sit elettroniku tal-BCA.

B’effett immedjat, għandha tiġi ppreżentata dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni lill-BCA għall-proġetti kollha li jinvolvu twaqqigħ, skavar, jew kostruzzjoni. Id-Dikjarazzjoni għandha timtela, tiġi ffirmata, u ttimbrata mill-assigurazzjoni li toħroġ il-polza. Il-BCA għandha tkun qed tistenna li tirċievi dikjarazzjonijiet minflok poloz ta’ assigurazzjoni, filwaqt li fl-istess ħin, tirriżerva d-dritt li titlob polza meta tqis li tkun meħtieġa għall-eżekuzzjoni tal-funzjoni tal-Awtorità.