Ix-xogħlijiet ta’ twaqqigħ u skavar se jkunu pprojbiti minn żoni turistiċi magħżula bejn il-15 ta’ Ġunju u t-30 ta’ Settembru 2024. Din l-inizjattiva, li qed tkun ikkordinata bejn l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) u l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu (MTA), tqis l-inkonvenjent li s-siti ta’ kostruzzjoni għandhom fuq ir-residenzi u l-lukandi tal-madwar.
L-infurzar tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 623.08 (it-tielet Skeda 1c) huwa mod wieħed kif jittaffa l-inkonvenjent li s-siti ta’ kostruzzjoni għandhom kemm fuq l-industrija tat-turiżmu kif ukoll fuq in-numru ta’ familji Maltin li jiċċaqilqu biex jgħixu f’dawn l-inħawi. Il-fażijiet ta’ twaqqigħ u skavar f’sit ta’ kostruzzjoni huma ta’ inkonvenjent għar-residenzi tal-madwar.
Kwalunkwe xogħol illegali ta’ twaqqigħ u skavar imwettaq bejn il-15 ta’ Ġunju u t-30 ta’ Settembru 2023, fil-lokalitajiet u t-toroq identifikati, jista’ jiġi rrappurtat lill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) fuq in-numri tat-telefon li ġejjin 80049000, 20955000 jew 20955555 kemm għal Malta kif ukoll għal Għawdex, matul u wara l-ħinijiet tal-uffiċċju.
L-Awtorità Maltija tat-Turiżmu hija l-Awtorità kompetenti li tidentifika lokalitajiet u toroq fejn ma jistax isir xogħol ta’ twaqqigħ jew skavar. L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu tirriserva d-dritt li tibdel jew temenda l-lista ta’ toroq kif jidhrilha li jkun meħtieġ.
Tista’ tara l-lista sħiħa ta’ lokalitajiet u toroq fejn huwa pprojbit xogħol ta’ twaqqigħ jew skavar matul ix-xhur tas-sajf fuq il-website tal-MTA:
