Il-kuntratturi li juru prattiċi eċċezzjonali se jiġu onorati fl-“Excellence in Construction Awards” ta’ Malta fi Frar.
Din l-inizjattiva li qed torganizza l-QP, kumpanija Maltija tal-kostruzzjoni li bl-attivitajiet tagħha – li huma l-aktar barra minn Malta – tagħti eżempju u standard li l-kuntratturi u l-iżviluppaturi jistgħu jsegwu.
Il-premjijiet qed jiġu appoġġjati mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni u l-parti l-kbira tal-partijiet interessati tal-industrija tal-kostruzzjoni.
Il-Ministru għar-Riforma tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard approva u laqa’ l-inizjattiva li tgħid li l-premjijiet se jgħinu biex jintlaħqu standards ogħla fis-settur tal-kostruzzjoni.
“Din l-inizjattiva hija dwar aktar minn sempliċi ċerimonja ta’ premjijiet, hija inizjattiva li tirrikonoxxi l-eċċellenza, tħeġġeġ il-kollaborazzjoni u tispira lill-ġenerazzjonijiet futuri biex jinvolvu ruħhom fi prattiki tajbin fl-industrija tal-kostruzzjoni,” qal il-Ministru.
Kuntratturi interessati li jiġu nnominati għal premju jistgħu jitfgħu nomina.
Ir-rebbieħa tat-12-il kategorija ta’ premjijiet li qed jiġu offruti se jiġu deċiżi minn ġurija internazzjonali.
Il-kategoriji huma:
- Dedikazzjoni għas-Sostenibilità
- Kwalità u Xogħol
- Taħriġ u Żvilupp tal-Forza tax-Xogħol
- Impenn għall-Benesseri, is-Saħħa u s-Sikurezza
- Innovazzjoni, Riċerka u Żvilupp
- Eċċellenza fix-Xogħlijiet ta’ Twaqqigħ u Skavar
- Eċċellenza fl-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Ċivili
- Eċċellenza fl-Installazzjonijiet Mekkaniċi u Elettriċi
- Eċċellenza fix-Xogħlijiet ta’ Tlestija
- Għarfien dwar il-Konservazzjoni
- Żviluppatur Meqjus
- Kuntrattur tas-Sena
